Saturday, December 16, 2006

Qrid u garr

Uff kif iddejjaqt. Igri jispiccaw dawn l-assignments li baqali. Ghandi sa nofs Marzu nkaxkar bihom, imma almenu lectures jispiccaw fit-18 ta' Jannar. Imma xbajt li wara gimgha xoghol, jasal il-weekend u minflok ingawdi is-Sibt filghodu relax irrid noqghod nikteb u nilghab ma dawn l-ostra assignments.

Apparti l-assignments, hemm bicca ohra. Ix-xoghol infurmawni li ha jtuni transfer. Xejn vendikattiv ta. "We are just reshuffling posts" qaluli. Il-bicca hi li ghadhom ma jafux fejn iz-zikk ha jibaghtuni. Pero diga baghtuli replacement biex nghallmu jaghmel ix-xoghol li kont naghmel jien. Suppost sa l-ewwel ta jannar inkun iccaqlaqt ghal post il-gdid. Il-problema hi li granet ta xoghol sa l-ewwel ta Jannar baqali 3 biss (iva inhobb inhalli il-leave ghall-ahhar). Kif nista fi tliett ijiem lil dan il-povru li ghadu lanqas jaf x'laqtu nghallmu kollox. Kellimt lil boss ta fejn qieghed u qalli li qabel dan li gie mhux ha nrawmu sew mhux se jaccetta li jien nitlaq. Issa naraw. pero il-bierah hadt ahbar tajba. L-unika post li ma xtaqtx immur fih sirt naf li baghtu lil xi hadd iehor. Mela vera li qed isir "reshuffling" kullimkien.

Ha nbiddel il-mood. Ha nifrah ftit issa. Il-gimgha l-ohra gibna sound mixer gdid ghal kor u l-band. 16 channel bir-reverb u l-equalizer. Il-bierah qaghdna nilghabu ftit bil-choir mics u naraw kif il-mics tad-drums jistghu jintuzaw ghal choir ukoll. Ma tantx irnexxew. Wisq feedback. Pero meta ppruvajnihom kellna kantant wiehed biss u beda joqghod hafna l-boghod minnhom. Nahseb li jekk nipruvawhom bil-kor u jkunu aktar vicin tal-mics jkollna rizultat hafna ahjar.

La jghaddu l-festi nibdew rehearsals tal-band tal-kor. Il-lectures ikunu spiccawli darba ghal dejjem u nkun nista niddedika aktar hin lil muzika. Pero jkun ghad baqali naghmel l-assignments u meta dawk ikunu lesti irrid naghti spinta sew lit-tezi ghax sena biss ikun baqali biex nispiccha. U meta tqis li nkun kuljum xoghol sal-5pm, sena ma tantx hi twila wisq.

Daqsek ghal issa. naf li probabli dejjaqtkom, imma dan il-blogg milli jidher qieghed biex inkun nista nizvoga ftit.

Zvugajt!

0 Comments:

Post a Comment

<< Home