Friday, November 17, 2006

Nispera li ma nsirx addict

Il-11.15pm u minflok dhalt norqod kif naghmel issoltu xeghelt il-computer. Nispera li mhux ha nsir addict li il-hin kollu nqattghu fuq l-internet (kif xi hadd diga tefghali botta). Insomma din mhux ha tkun fit-tul ghax ghajjien u behsiebni immur norqod. Kont ha nikteb fuq Xarabank u s-sess. Peress li ma kontx fil-panel ghidt nuza l-blog biex nghati l-opinjoni tieghi. Imma ghajjien wisq ta. Ha mmur norqod ghax ghada rehearsals fl-10am.

BTW la qed insemmi rehearsals, nhar is-sibt 25 ta Novembru fis-7.30pm ha nkun qed indoqq (flimkien ma shabi) fil-WOW tal-Millennium Chapel. Naf li probabli in-nies li jaqraw dan il-blogg huma l-istess shabi li jdoqqu mieghu allura ghalxejn qed nikteb. Insomma muzika rock tajba, xi ftit moderna, xi ftit klassika u xejn minn tal-Knisja. Jekk joghogobkom ejjew. Dhul b'xejn.

11.25pm issa u ha nitfi ha nintefa norqod.

0 Comments:

Post a Comment

<< Home