Tuesday, May 23, 2006

The Da Vinci Code Manual

Ghandi aptit nikteb ftit la inzertajt qieghed ftit kwiet. Ircevejt email li fih il-manual li harget il-Knisja rigward id-Da Vinci Code. Dan il-manual supost jiprova jispjega ghalfejn dak li hemm fid-Da Vinci Code huwa fittizju.

Biex naghmilha cara mill-bidu, id-Da Vinci Code ma qrajtux, u ghalkemm issa ghandi hajra li naqrah xorta m'inix immut ghalih. Meta tajt daqqa t'ghajn lil manual kien hemm xi affarijiet li laqtuni. Din hija l-idea li dan il-manual jghid li fid-Da Vinci Code hemm affarijiet li mhux veri. Jien ma nafx jekk dawn humiex veri jew le, pero ninnota li l-argumenti tal-Knisja ma jaghmlux sens.

Fil-Bibbja hemm hafna affarijiet li jidhru frott tal-fantasija. Ragel li jissallab u wara tlett ijiem iqum mill-mewt bil-pjagi tas-salib ghadhom jidhru, jien insibha daqxejn zghira far fetched biex titwemmen. Imma dik orrajt. Dan l-episodju huwa fatt. Hadd ma jista jinneggah. Imma li l-persuna storika ta Gesu, ma jistax ikun li izzewweg u kellu t-tfal. Din hija falza. Jien nerga nghid li ma nafx liema hi l-verita proprja, imma meta tkun qed tistqar affarijiet fantastici li huma fatti storici, imbaghad ma tohrog tghid li affarijiet ohra li hemm cans li jkunu storici, tghid li huma foloz.

Jien nistaqsi, kif tista tghid li mhux veru li Gesu izzewweg u kellu t-tfal?

Ha naghlaq hawn ghax ma tantx bqajt kwiet issa.

Ghall-bloggata li jmiss

11 Comments:

At 4:06 PM, Blogger Kenneth said...

Biex ma ninsewx 'l Adam u 'l Eva, u l-arka ta' Noe'.

U mit-Testment il-Ġdid: it-tieġ ta' Kana, il-qawmien mill-mewt ta' Lazzru (QUM! Lazzru!), San Pietru jimita 'l David Copperfield (jew viċe-versa) u jidher f'żewġ postijiet fl-istess ħin, u l-Għid il-Ħamsin. U meta Ġesu' mexa fuq l-ilma (qrajt milux li xi meteorologu sab illi l-kundizzjonijiet tat-temp f'dak iż-żmien setgħu jippermettu għal biċċiet tas-silġ biex jiffurmaw fuq dik l-għadira, jiġifieri fil-fatt kien miexi fuq is-silġ, mhux fuq l-ilma.)

Imbagħad hemm ukoll it-Tlugħ is-Sema tal-Madonna nhar il-15 t'Awissu, liema ġrajja l-inġiniera tan-NASA aħjar jiflu sew ħalli jitgħallmu mill-perfezzjoni ta' dak il-lift-off li ma spiċċax fi splużjoni t'idroġenu fl-ajru.

 
At 5:50 PM, Blogger zetetiq said...

Naqbel ma hafna affarijiet, imma sibt problema:

Ragel li jissallab u wara tlett ijiem iqum mill-mewt bil-pjagi tas-salib ghadhom jidhru, jien insibha daqxejn zghira far fetched biex titwemmen. Imma dik orrajt. Dan l-episodju huwa fatt.

Jew ghandek typo jew vera ma naqbilx siehbi. Int qed tghid li Gesu qam mil-mewt huwa fatt? Anzi hija iktar gravi milli ma jizzewwigx nahseb jiena.

 
At 10:21 PM, Blogger Kenneth said...

Xi ħadd donnu ma fehemx is-sarkażmu :)

 
At 1:47 PM, Blogger zetetiq said...

*blush*

 
At 1:51 PM, Blogger Malcolm said...

Issa nibda naghmel [sarcasm] hdejn kull sentenza sarkastika li naghmel biex tifhimni. Hehe

 
At 4:28 PM, Blogger zetetiq said...

patku. imma ghandi skuza: il panic ta l ezamijiet! ifhem, nibda pitada, u ghandi l ar ezamijiet il gimgha u s sibt. Gifieri m'ghandix daqshekk tort. u hekk. =P

 
At 10:45 AM, Blogger Malcolm said...

Smajt fuq l-ahbarijiet illum li il-knisja trid teduka lin-nies biex jaghrfu d-differenza mill-fatti ghal fantazija. LOL

 
At 9:09 PM, Blogger Kenneth said...

Huwa tajjeb li wara sentejn tniedi blogg tiegħek, pero' mhuwiex tajjeb li żżommna sentejn oħra sakemm taġġornah ;)

 
At 10:51 PM, Blogger zetetiq said...

dak se jigi bl-iskuzi ta' xoghol, masters u muzika hux :P

 
At 7:53 AM, Blogger Malcolm said...

Ma jien ha ngib l-ebda skuza. Naggorna meta nhossni komdu u jkolli aptit jien. :P

 
At 3:54 PM, Blogger Arcibald said...

Isma qed nara l-call for guitarists fil-page taz-ZHN... ma nafx intix involut int imma dis-sena.

Jekk dak, biex niddeciedi niehux sehem irridu naqblu fuq id-diska l-ewwel jekk ma jimpurtax... xi blues jew xi haga li tinkludi improvisation l-ahjar ghax m'ghadx ghandi pacenzja nitghallem solos bl-amment :) Nisma minn ghandek l-ewwel imma.

Thanks xbin.

 

Post a Comment

<< Home